Shaw irid imur ma’ Tottenham Hotspur

Il-plejer ta’ 22 sena Luke Shaw huwa lest illi jerġa' jingħaqad mal-ex kowċ tiegħu Mauricio Pochettino hekk kif qed jikkontempla trasferiment minn mal-klabb tiegħu Manchester United għal dak ta’ Tottenham Hotspur.
Fil-fatt l-esperjenza mar-Red Devils ma tantx kienet pożittiva tant illi wara sensiela ta’ injuries, il-kowċ ta’ dak iż-żmien Louis Van Gaal xejn ma kellu rapporti tajbin miegħu.
Dan l-istaġun deher biss darbtejn waqt il-logħob tal-Carabao Cup u jidher illi lanqas Jose Mourinho m’għandu post għal dan il-player.
Huwa għalhekk illi x-xewqa ta’ Shaw huwa li jerġa’ jkun taħt it-tmexxija ta’ Pochettino bħalma ġara fis-sena 2013 meta kien miegħu ma’ Southampton.