Shaun x’parir se jagħti lil Dirjana?

Clayton Pace bħala Shaun

Illum fil-5.15pm fuq l-istazzjon Melita More, Cable Channel 315, tkompli s-sensiela Manwela fejn se naraw Shaun x’parir se jagħti lil Dirjana dwar dak li riedet tbiddel. U hi se taqbel miegħu? Qabel ma jitlaq jagħti xi ħaġa lil Manwela. X’se jtiha u għaliex kien irrabjat ħafna?

F’dan l-episodju niltaqgħu ma’ Luke u l-mara tiegħu Annabelle. Min huma? Simone terġa’ ssib xi ħaġa oħra nieqsa mill-kamra tagħha. X’inhi u x’se jgħidilha Claude? X’ġaralhom Jennifer u Francesca u għaliex iġġieldu?

Noah u Sarah ippjanaw li jmorru picnic mat-tfal tagħhom iżda jinqala’ xi ħaġa u Noah ma jistax imur magħhom. X’ġara l-isptar u Sarah x’qaltlu? Claude x’ried juriha lil Simone u hi x’qaltlu meta ratu?

Manwela jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-5.15pm u għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.

Dawn l-episodji oriġinarjament ixxandru fl-2016.