Sharing Lives: S’issa 15-il voluntier u 20 persuna b’diżabilità

Tnediet l-iskema Sharing Lives – proġett pilota li beda ftit tal-ġimgħat ilu, u li s’issa diġà attira 15-il voluntier li qed jagħmlu programmi varji għal persuni b’diżabilità.
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità Justyne Caruana qalet li s’issa hemm 20 klijent li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz ġdid.
Fissret kif dan il-proġett se jintroduċi kunċett ġdid bl-involviment ta’ voluntiera li jkunu aktar strutturati biex jibnu kuntatt dirett mal-persuni b’diżabilità.
Dr Caruana semmiet ukoll l-investiment totali ta’ €45 miljun f’erba’ snin mill-Gvern fil-qasam tad-diżabilità.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott