Sharapova tirtira mit-tennis

Ir-rebbieħa għal ħames darbiet tal-Grand Slam u l-eks numru wieħed tal-WTA Maria Sharapova ħabbret li se tirtira mill-isport. Ir-Russa li għandha 32 sena kellha karriera ta’ suċċess.

L-ewwel suċċes li kisbet kien meta kellha biss 17-il sena ġewwa Wimbledon fl-2004. Sentejn wara hija rebħet il-US Open. Fl-2008 rebħet l-Australian Open u rnexxielha tirbaħ ukoll il-French Open fl-2012 u fl-2014.

Wara numru ta’ injuries fi spallitha, hija kellha tieqaf tikkompeti għal xi żmien u għamlet numru ta’ operazzjonjiet, bl-aħħar waħda tkun fl-2019. Hija ħabbret li se tkun qed tirtira mill-isport fosthom minħabba l-problemi suċċessivi li qed ikollha bi spallitha.

Sharapova ma kinitx direttha f’dak li bi ħsiebha tagħmel issa li se tieqaf mit-tennis. Iżda qalet li għalissa se tieħu gost bl-affarijiet li ma kelliex ċans tieħu gost bihom minħabba l-ħinijiet ta’ taħriġ u l-kompetizzjonijiet.