Sharapova mill-ġdid għal-logħob

Ir-Russa Maria Sharapova se tkun qed tikkompeti fil-Brisbane International f’Jannar wara li fieqet għal kollox mill-injury li kellha.

L-eks numru wieħed għandha 32 sena u fl-2019 irnexxielha tilgħab biss 15-il logħba minħabba injury fi spallitha. L-aħħar logħba kompetittiva li lagħbet kienet fl-ewwel rawnd tal-US Open f’Awwissu li għadda.

Waqt filmat fuq il-midja soċjali Sharapova qalet li hi eċitata ferm biex tkompli bil-karriera tagħha. Hi stqarret li mmisjat lill-partitarji u l-kompetizzjonijiet.

Fl-istess kompetizzjoni ta’ Jannar, li se tkun qed issir bejn is-6 u t-12 tax-xahar, se jikkompetu Karolina Pliskova li se tkun qed tiddefendi t-titlu, in-numru wieħed tad-dinja Ashleigh Barty, kif ukoll Naomi Osaka u Venus Williams.