Filmat: Shangai Electric u Electrogas Malta jżuru x-xogħlijiet f’Delimara

Id-diskussjonijiet bejn l-Enemalta, Electrogas Malta u Shangai Electric komplew waqt żjara li saret fil-power station f’Delimara.
Ir-rappreżentanti taż-żewġ delegazzjonijiet żaru x-xogħlijiet li qed isiru b’rabta mal-proġett tal-gass u l-impjant tal-BWSC.
Matul din iż-żjara kien hemm preżenti wkoll il-Ministru għall-Enerġija Konrad Mizzi li sostna kif mad-delegazzjoni Ċiniża ġew diskussi temi tekniċi filwaqt li mar-rappreżentanti ta’ Electrogas Malta ġew diskussi l-prinċipji fundamentali li jikkonċerna dak li se jsir minnhom, l-Enemalta u Shangai Electric.
Sostna li x-xogħlijiet f’Delimara jinsabu għaddejjin b’ritmu mgħaġġel.
Aktar tard il-membri tax-Shanghai Electric, flimkien mal-Ministru għall-Enerġija żaru wkoll il-power station tal-Marsa.
Konrad Mizzi qal li mar-rappreżentanti Ċiniżi ġiet diskussa wkoll il-mod kif se tingħalaq din il-power station.