Shakira – l-iktar persuna maħbuba fuq Facebook

Il-Kantanta u awtriċi Shakira kisbet ir-rekord tal-ewwel persuna li għandha iktar minn 100 miljun like fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook. Fil-fatt sa' issa, fuq il-paġna tagħha ta' Facebook għandha mhux anqas minn 100,500,000 likes.  
Skont il- Guinness Book of World Records, Shakira rnexxilha tikser dan ir-rekord wara li l-ġimgħa li għaddiet tellgħet ritratt tagħha mill-Brażil waqt l-wirja li tat fiċ-ċerimonja tal-għeluq tat-tazza tad-dinja. F’inqas minn 4 t’ijiem, aktar minn 3.5 miljun persuna għamlu like fuq dan ir-ritratt.