Sħab tat-trab mistenni jinġarr lejn bliet popolari fl-Awstralja

Read in English.

Partijiet meqruda bin-nixfa fl-Awstralja ntlaqtu minn sħab tat-trab. Hu prevvist li dan is-sħab se jinġarr fuq bliet aktar popolari fl-Awstralja fosthom f’Sydney. Dan se jkun qed iġib element ġdid tat-temp estrem li ddomina l-kontinent dan l-istaġun.

Is-sħab ta’ trab ħamrani xtered fuq l-irħula bħal Dubbo fi New South Wales.

Il-maltempati li laqtu lil New South Wales u lil Victoria taf xi ftit tan-nifs mit-temperaturi għolja u rwiefen niexfa li kienu kkawżati min-nirien li ħakmu parti mill-Awstralja. In-nirien ħakmu art daqs terz tal-Ġermanja u b’kollox mietu 29 persuna. Hu stmat ukol li fin-nirien mietu wkoll biljun annimal.

Is-sħab xekkel ukoll il-preparazzjonijiet għall-Australia Open li qed tittela’ ġewwa Melbourne. Iżda l-ewwel Grand Slam tas-sena xorta waħda bdiet nhar it-Tnejn li għadda.