Sħab iswed u kriżi fl-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta jum qabel l-elezzjonijiet

Hekk kif l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta qed jippreparaw biex jeleġġu gran mastru ġdid, il-fergħat li qed jikkontestaw lil xulxin ħarġu bi spjegazzjonijiet differenti dwar xi kkawża l-kriżi li hemm bħalissa f’din l-ordni.
Il-każ idur mas-sezzjoni tal-karità fi ħdan l-ordni, Malteser International, li kienet qassmet kontraċettivi bil-moħbi. Wara inkjesta ġie deċiż li l-aġir tagħha kien wieħed li jmur kontra t-tagħlim tal-Knisja Kattolika.
Anki wara l-inkjesta, il-Malteser International baqgħet tmexxi bl=idea tagħha, u kienet qalet li bil-kontraċettivi tiffranka l-mard trażmess sesswalment, kif ukoll tqassam it-twelid kif meħtieġ. Hija kienet sostniet li fejn hemm evidenza xjentifika li hi aktar kredibbli bill-morali tal-Knisja Kattolika, mela wieħed għandu jimxi max-xjenza.
L-iżvolta fil-każ bdiet meta ġew skoperti dokumenti li juru li l-Kanċillier tal-Ordni, Albrecht von Boeselager, kien jaf b’dak li kienet qed tagħmel is-sezzjoni tal-karità.
F’Jannar ta’ dis-sena, il-Papa talab lill-Gran Mastru tal-Ordni, Matthew Fessing, sabiex jitlob lil von Boeselager jirriżenja. Meta dan ma riedx jirriżenja, Fessing intervjena personalment biex iġiegħlu jieqaf. Kien hawnhekk meta seħħet il-qasma fi ħdan l-Ordni, b’nies jappoġġjaw lil fessing u oħrajn lil von Boeselager.
F’dal-punt il-Papa kien talab ukoll lil Fessing biex jirriżenja, liema talba ġiet obduta.
Barra minn hekk, hemm każ ieħor ta’ donazzjoni ta’ $120 miljun lil Malteser International, mogħtija minn entità li tidher li twaqqfet apposta sabiex taħbi lid-donatur proprja. Ħafna qed jallegaw korruzzjoni fi ħdan l-Ordni.
Għalhekk, jidher li fl-elezzjonijiet ta’ għada fejn se jiġi elett gran mastru ġdid, hemm ħafna sħab sewdieni mhux jitħarrek fuq l-Ordni tal-Kavallieri ta’ Malta