Sfrattat attakk terroristiku fi New York

Tliet irġiel ġew arrestati wara li kienu qed jippjanaw attakk ekwivalenti għal dak li seħħ f’Settembru tal-2001 fi New York.
Is-servizzi tas-sigurtà Amerikani qalu li l-irġiel kienu qed jippjanaw attakk fejn kienu se jpoġġu splussiv f’Times Square u tul is-subway kollha kif ukoll diversi sparaturi f’kunċerti tal-massa.
Aġenti pajżana żvelaw li rnexxielhom iwaqqfu dan l-attakk ftit aktar minn sena ilu, imma dan ġie żvelat issa hekk kif kienu għaddejjin b’investigazzjoni tat-terroriżmu.
Prosekuturi Amerikani qalu li t-terroristi li kellhom 19-il sena ddiskutew l-ideat u l-preparamenti tagħhom dwar dawn l-attakki li kienu qed iħejju ma’ wieħed mill-aġenti li kien qed jaħdem pajkżan f’dan il-każ.
Il-provi fil-Qorti kontra ż-żgħażagħ inkludew ritratt li bgħatu lill-wieħed mill-aġenti ta’ Times Square fejn qalulu li b’dawk il-folol kollha li jkun hemm ta’ kuljum ma setgħux jirreżistu li jisplodu karozza f’nofs il-pjazza.