Sforzi biex isalvaw il-fkieren fil-Ġnejna

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u n-Nature Trust Malta għaddejjin b’ħidma biex isalvaw il-bajd tal-fkieren fil-Ġnejna.

Huma spjegaw li qed jitpoġġew xkejjer tar-ramel madwar il-bejta biex jipproteġu l-bejta wara l-ilmijiet li niżlu kawża tal-maltemp fil-jiem li għaddew.

L-istqarrija tirrimarka li każ simili seħħ fl-2012 fejn wara maltempati simili fis-sajf qerdu l-possibilità li jitwieldu l-fkieren kaġun tal-ammont ta’ ilma li jilħaq il-bajd.