“Sforz mill-Air Malta biex timmina d-drittijiet tal-bdoti” – ALPA

Malta International Airport plc

Read in English.

L-assoċjazzjoni tal-bdoti, l-ALPA qalet li l-kawża għad-danni li l-Air Malta fetħet fil-konfront tagħha huwa sforz ieħor tal-kumpanija nazzjonali biex jimmina l-libertà tal-membri tal-assoċjazzjoni.

AQRA: L-Air Malta tieħu lill-ALPA l-Qorti minħabba l-azzjoni industrijali ta’ Lulju

L-Air Malta ppreżentat kawża għad-danni kontra l-assoċjazzjoni tal-piloti l-ALPA u l-membri tal-kumitat eżekuttiv, il bieraħ. L-Air Malta qed tallega li l-azzjoni industrijali li saret ix-xahar li għadda mill-ALPA kienet llegali.

AQRA: Aġġornata (3): Filmat: L-Air Malta għawġet il-fatti biex tgħatti n-nuqqasijiet – ALPA

Fi stqarrija l-ALPA sostniet li l-Air Malta effettivament qed tiftaħ kawża kontra l-bdoti tagħha stess billi tfittixhom għad-danni għall-azzjoni industrijali li ttieħdet fl-1 ta’ Lulju u li twaqfet fi ftit sigħat permezz ta’ mandat ta’ inbizzjoni li nħareġ mill-qrati ta’ Malta wara talba tal-Air Malta.

L-assoċjazzjoni sostniet li b’dawn il-proċeduri legali l-Air Malta qed timmina l-libertà tal-membri tal-ALPA milli jassoċjaw ruħhom mal-assoċjazzjoni kif ukoll qed tnaqqsilhom mil-libertà biex imexxu n-negozjati fl-aħjar interess tagħhom. L-ALPA żiedet tgħid li l-azzjoni mill-Air Malta huwa wkoll sforz biex twaqqaf lill-membri tal-ALPA milli jinsistu li d-drittjiet tagħhom jiġu mħarsa.

L-ALPA saħqet li n-negozjati tal-ftehim kollettiv fallew wara li Emvic Debono, ċ-Chief Flight Operations Officer tal-Air Malta, baqa’ involut fil-proċess minkejja li dawn talbu kemm il-darba biex dan ma jibqax involut. Fil-Qorti kien ħareġ ukoll li Debono intimida xi bdoti tal-Air Malta.

AQRA: Theddid u intimidazzjoni wasslu għall-azzjoni mill-ALPA

L-ALPA saħqet li hi se tkun qed tara x’passi legali tista’ tieħu biex tipproteġi d-dirttijiet tal-membri tagħha.

Temmet tgħid li se tissejjaħ laqgħa ġenerali straordinarja biex jiġi deċiż x’se jiġri.

Aqra iktar:

Aġġornata: “Xokkanti li l-Air Malta qed tkompli tigdeb” – ALPA

L-azzjonijiet industrijali tal-bdoti tal-Air Malta mwaqqfin mill-Qorti