Sfida għad-dar mill-iscouts

be safe be strong
Cub Scout mill-grupp taż-Żejtun

L-Assoċjazzjoni tal-Iscouts f’Malta ħabbret sfida għad-dar għaż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdxin.

Il-Group Scout Leader tal-Mosta Sean Bartolo qal li l-grupp tiegħu ħareġ b’din l-isfida biex iħeġġu aktar żgħażagħ jibqgħu d-dar fi żmien fejn l-imxija tal-coronavirus f’Malta tista’ tiżdied. F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt huwa qal li diġa kien hemm min ipparteċipa u fakkar li l-isfida hija għal kulħadd u sservi biex min ma jafx ċertu ħiliet bażiċi fosthom fl-Ewwel Għajnuna sservi ta’ sessjoni ta’ edukazzjoni.

Għal din l-isfida l-Assoċjazzjoni tal-iscouts qed toffri rigali għal min jirbaħ u wieħed jista’ jissottometti l-parteċipazzjoni tiegħu hawnhekk. L-isfida onlajn tibqa’ għaddejja sal-Ħadd li ġej 22 ta’ Marzu.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn