​Sezzjoni ġdida tal-Kummerċ fil-Qorti

Fil-Qorti se titwaqqaf sezzjoni ġdida speċjalizzata fil-kummerċ.
Fi stqarrija l-Ministeru għall-Ġustizzja qal li din se tibda taħdem mid-9 ta’ April li ġej, wara li sar qbil mal-ġudikatura u wara li l-liġi ġiet approvata mill-Parlament.
Il-Qorti tal-Kummerċ għandha l-għan li tindirizza aħjar id-diversi kwistjonijiet li n-nies tan-negozju jħabbtu wiċċhom magħhom fuq livell kummerċjali.
Il-Ministeru javża li permezz ta’ Avviż Legali ieħor se tiġi implimentata sistema li tagħmilha possibbli li jiġu sottomessi rikorsi b’mod virtwali onlajn fuq ecourts.gov.mt.