Sezzjoni dwar l-ugwaljanza fi ħdan il-PL tgħaddi minn proċess ta’ tibdil

L-organizazzjoni LGBTI Labour fi ħdan il-Partit Laburista, biddlet isimha u qed tissejjaħ Equality Labour waqt li se tkun qed titmexxa minn Clayton Cutajar.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li minkejja t-tibdil fl-istrutturi tal-organizazzjoni, il-prinċipji bażiċi ta' ugwaljanza għadhom l-istess.
Il-Partit Laburista qal li l-għan ta’ din l-organizazzjoni hija li tkompli taħdem u tmexxi 'l quddiem lill-Partit Laburista sabiex jibqa’ jbiddel u jipprogressa ‘l quddiem u sabiex kull individwu f’Malta ma jkunx imxekkel milli jimxi ‘l quddiem abbażi tal-orjentazzjoni sesswali jew tal-ġeneru.
Clayton Cutajar saħaq li l-organizazzjoni se tisħaq sabiex is-soċjetà tiffoka fuq il-ħiliet u l-kapaċijiet tal-persuni, fejn bl-għajnuna meħtieġa kulħadd ikollu opportunitajiet indaqs.