Sewwieqa tal-Karting Maltin preżentati bit-trofej fi Sqallija

Is-Sewwieqa Jake Agius u Nicky Gauci ġew preżentati bit-trofej għal-ewwel u t-tieni post waqt iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni għall- “Karting Sicilia Campionato Regionale 2018 Piste Permanenti” li saret f’Pergusa fi Sqallija minn Karting Sicilia. Huma kienu qedgħin jikkompetu fil-kategorija ROTAX Max.

Sewwieqa Maltin oħra spiċċaw il-kampjonat f’pożizzjoni notevoli ukoll u kisbu l-premjijiet tagħhom fiċ-ċerimonja, għalkemm ma kinux preżenti. Kieran Galea u Alessio Guarnieri kklassifikaw it-tielet u r-raba post ‘fil-kategorija 60 Mini Rok, Kayden Bonnici Gauci kklassifika l-ħames fil-kategorija 60 meqjusa bħala l-iżgħar klassi u, Neville Zammit u Luke Muscat fir-4 u fis-6 post rispettivament fil-kategorija Rotax Max, u Jonathan Zammit It-tielet fil-kategorija 125 DVS Rok. Is-Sewwieqa huma kollha membri tal-Karting Club Malta.

Dan il-kampjonat huwa popolari ħafna mas-sewwieqa Maltin, għax għalkemm minħabba d-diffikultajiet li jġib miegħu huwa l-uniku kampjonat li jistgħu jikkompetu fiħ fin-nuqqas ta’ faċilitajiet f’Malta.