Sewwieqa ta’ mutur gravi wara li tilfet il-kontroll fl-Imsida

Sewwieqa ta’ mutur weġġgħet gravi wara li tilfet il-kontroll fl-Imsida.

Skont il-Pulizija l-każ seħħ għall-ħabta tad-8.45am fi Triq il-Wied. Il-mara ta’ 49 sena, residenti Raħal Ġdid għal xi raġuni tilfet il-kontroll u waqgħet.

Il-mara sofriet xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħdet l-Isptar Mater Dei.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.