Ara kif skansaw iċ-ċitazzjoni minħabba s-seat belt

Sewwieqa Spanjoli jidher li xi wħud minnhom qed jiffrankaw ċitazzjoni billi jilbsu T-shirt li fuqu hemm stampa ta’ seat belt. Dawn it-T-shirts bojod li għandhom stampat fuqhom sinjal iswed dijagonali jistgħu jixtraw online għal madwar €12.

Fuq il-website hemm miktub li ‘dawn it-T-shirts finta ma jipproteġulekx lil ħajtek imma jżommu l-Pulizija ’l bogħod milli jwaħħluk ċitazzjoni’.

Il-Pulizija Spanjol kitbet: ‘Vera li jekk ma naqbdukx għax tkun liebes t-T-shirt u teħles minn ċitazzjoni iżda b’każ ta’ inċident dan  isalvalek ħajtek? Is-seat belt ta’ vera salva bosta ħajjiet.’

Din il-ħaġa ġabet bosta reazzjonijiet minn sewwieqa u talbu li min jinqabad jilbishom għandu jkun immultat. Skont il-Pulizija Spanjola  kważi wieħed minn kull erbgħa li miet f’inċident tat-traffiku ma kienx liebes seat belt.