Sewwieqa Maltin jirbħu fil-Ġermanja

Fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-Ingilterra, il-koppja sewwieqa Maltin Rodren Vella u Bernard Galea għal darb’ oħra rebħu l-klassi tagħhom fil-kompetizzjoni 750 Motor Club Sport.
Fil-Ġermanja,fit-trakka ta Hockenhiem għaddej rawnd ieħor tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing.
Wara tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni ġew ikklassifikati is-sewwieq Malti tat-Top Fuel Dragster Duncan Micallef fil-ħames post u Franklyn Borg li qiegħed isuq mutur Hyabusa.
L-aħjar ħin għal Duncan s’issa huwa dak ta 4.274 sekondi u massimu ta’ veloċità ta 369.17 mil fis-siegħa.
L-aħjar ħin għal Franklyn huwa ta 7.063 sekondi u veloċità massima ta’ 330.53 mil fis-siegħa. Wara dawn it-tliet rawnds ta’ kwalifikazzjoni jonqos l-eliminazzjonijiet u l-finali li mistennija isiru għada.
Kemm Duncan kif ukoll Franklyn jinsabu fil-quċċata tal-klassijiet rispettivi tagħhom b’cans tajjeb illi jierbħu din il-kompetizjoni.