Sewwieq tat-taxi iwassal id-droga minflok in-nies

F’Turin, l-Italja, il-Pulizija arrestat 14-il persuna. Dawn huma akkużati li kienu jifformaw żewġ gruppi kriminali li kellhom monopolju fuq it-traffikar tad-drogi kokaina u ħaxixa.

Dawk arrestati kienu joffru d-drog b’xejn għall-ewwel darba, biex eventwalment il-vittmi jerġgħu jirrikorru għandhom għal aktar.

Fost dawk arrestati hemm raġel ta’ 52 sena li jsuq it-taxi. Dan kien juża l-karozza tiegħu biex iqassam id-droga.