Sewwieq tal-mutur l-isptar wara inċident fin-Naxxar

Raġel anzjan ta’ 82 sena weġġa’ meta kien involut f’inċident ma’ karozza fi Triq Burmarrad fin-Naxxar.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm bil-Pulizija jissejħu fuq il-post biex jidderieġu t-traffiku.

L-anzjan mill-Mosta ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn qed jieħu l-kura. Huwa ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 24 minn Ħaż-Żabbar.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident iżda l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa.