Read in English.
Raġel ta’ 33 sena ttieħed l-isptar aktar kmieni dalgħodu wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq it-Torri.
Kelliema għall-Pulizija qalet li r-raġel huwa Taljan residenti San Pawl il-Baħar. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena minn Ħal Tarxien li ma sofra l-ebda ġrieħi.