Sewwieq ta’ mutur jittajjar minn vettura fis-Siġġiewi

Sewwieq tal-mutur ittieħed l-isptar Mater Dei hekk kif kellu impatt ma’ vettura fil-Bypass tas-Siġġiewi.

L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta tas-1.30pm ta’ waranofsinhar fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan l-inċident u qalet li l-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa. Huwa għandu 41 sena u joqgħod is-Siġġiewi. Il-pick up li kien involut fl-inċident kien misjuq minn raġel ta’ 38 sena minn Ħaż-Żebbuġ.