Sewwieq ta’ mutur jitlef ħajtu f’ħabta ma’ trakk f’Birkirkara

CMRU

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur tilef ħajtu f’ħabta ma’ trakk kmieni dalgħodu f’Birkirkara.

Il-ħabta ġrat fl-4am meta s-sewwieq jidher li tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ma’ trakk ipparkjat fi Triq il-Wied tal-Imsida.

Ir-raġel ta’ 41 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post minn tim mediku li ssejjaħ mill-Isptar Mater Dei biex jassistih.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u
ħatar diversi esperti sabiex jassistuh. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.