Sewwieq tal-mutur jindarab gravi f’inċident f’San Ġiljan

Miguela Xuereb

Sewwieq ta’ mutur indarab gravi f’inċident f’San Ġiljan.

L-inċident ġara fil-11.20am fi Triq Sant’Andrija.

Jidher li r-raġel ta’ 36 sena li joqgħod il-Belt Valletta tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Ittieħed l-Isptar Mater Dei u aktar tard irriżulta li weġġa’ gravi.