Sewwieq tal-mutur iweġġa’ gravi fl-Imqabba

Mutur karozzi accident msida marina
Arkivji

Raġel ta’ 41 sena li kien qed isuq mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li ħabat ma’ vann fl-Imqabba. Ir-raġel li huwa residenti l-Gżira weġġa’ gravi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45pm f’Misraħ il-Missjoni iż-Żgħira, l-Imqabba.

Il-vann kien misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti l-Imqabba stess li ma sofra l-ebda ġrieħi.

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.