Sewwieq tal-mutur gravi l-isptar wara inċident f’Bormla

Read in English.

Raġel ta’ 43 sena weġġa’ gravi wara li kien qed isuq mutur u kellu impatt ma’ karozza f’Bormla.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Għajn Dwieli direzzjoni lejn Bormla.

Is-sewwieq tal-mutur huwa Taljan residenti l-Gżira filwaqt li l-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Marsa.