Sewwieq tal-karting jikseb it-tielet post fl-Italja

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli kiseb it-tielet post fit-Trofeo D’Estate, li hu parti mill-kampjonat Tazza Super Rok fl-Italja.

Dingli kellu prestazzjoni tajba sa mill-bidu hekk kif kiseb it-tieni post fil-pole position. Huwa żamm postu fis-semi finali u niżel post wieħed biss fil-finali fejn spiċċa l-kompetizzjoni fit-tielet post.

Huwa tellaq f’isem it-tim Taljan Zanchi Motorsport u sar l-ewwel sewwieq Malti tal-karting li tela’ fuq il-podju f’Southgarda Karting.