Sewwieq ta’ vann jitlef il-kontroll u jitla’ fuq karozza fil-Mosta

Ħadd ma weġġa' meta vann tilef il-kontroll u spiċċa tela' fuq vettura oħra fi Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-6:50am.
Il-karreġġjata li mill-Mosta tagħti għal Burmarrad ġiet magħluqa għat-traffiku sakemm jitneħħew il-vetturi.
Is-sewwieqa qed ikunu mħeġġa jużaw toroq alternattivi.

Ritratt: MRTU