Sewwieq ta’ trakk l-isptar wara li ħabat f’ċint

Ian Noel Pace

Sewwieq ta’ trakk ittieħed l-isptar wara li ħabat f’ċint f’Ħal Kirkop

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq San Remit fl-4pm.

Jidher li meta r-raġel ta’ 59 sena minn Ħal Kirkop stess startja t-trakk, ħa skoss u baqa’ dieħel ġo ċint. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.