Aġġornata: Sewwieq ta’ rota jittieħed l-Isptar wara ħabta head-on

Sewwieq ta’ rota, ġuvni ta’ 15-il sena mill-Mosta qed isofri minn ġrieħi ta' natura gravi wara li kien involut f'ħabta ma' vettura fis-Siġġiewi..

L-inċident seħħ għal ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu.  Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ fi Triq il-Girgenti.  Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 61 sena mis-Siġġiewi u kellhom ħabta head-on hekk kif kienu qed jinstaqu f’direzzjonijiet opposti. Il-ġuvni ttieħed l-Isptar b'ambulanza.