Paqpaqli: Is-sewwieq tefa’ l-kontrolli qabel spiċċa fuq in-nies

Il-Porsche Spyder 918, il-karozza fil-qofol tal-aċċident li ġara f’Paqpaqli Għall-Istrina f’2015, kienet qed tiġi misjuqa f’race mode, iżda bil-kontrolli mitfijin. Għalhekk, il-karozza nstaqet fuq diversi persuni waqt l-avveniment.

Tliet esperti fuq l-inġinerija tal-Porsche kienu qiegħdin jixhdu llum biex jispjegaw din l-informazzjoni.  Thomas Gruenter, wieħed minn dawn l-esperti, spjega li kif tixgħel il-karozza, jinxtegħlu l-kontrolli kollha b’mod awtomatiku. Tirrikjedi azzjoni mis-sewwieq sabiex jintfew dawn il-kontrolli.

Meta titfi il-kontroll tat-trazzjoni, jitilgħu tliet allerti different; kemm dwal u kif ukoll ħsejjes. Barra minn hekk, meta titfi l-karozza,  kollox jerġa jiġi kif kien, li tfisser li kull sewwieq differenti jerġa jirranġa l-kontrolli kif jixtieq hu. M’hemm l-ebda rikordju ta x’ħin intfew dawn il-kontrolli.