Sewwieq ta’ mutur minn Għawdex isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur indarab b’mod gravi meta kien involut f’inċident tat-traffiku fix-Xewkija. L-inċident seħħ għal ħabta tat-3.00am fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex.

Minn investigazzjonijiet preliminari tal-Pulizija jirriżulta li għal xi raġuni s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq. Il-ġuvni li għandu 20 sena u residenti r-Rabat Għawdex ittieħed minnufiħ l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.