Sewwieq ta’ mutur l-isptar

Sewwieq ta’ mutur iddaħħal Mater Dei wara inċident tat-traffiku f’Ħad-Dingli.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Panoramika, għall-ħabta tas-1.30pm, xħin il-mutur li kien qed isuq ir-raġel ta’ 39 sena miż-Żurrieq ħabat ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 32 sena mill-Marsa.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.