Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident fin-Naxxar

CMRU

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar il-lejl li għadda wara li daħal ġo roundabout bil-mutur.

L-inċident ġara fl-9.55pm fi Triq is-Salini, lejn it-Telgħa t’Alla u Ommu fin-Naxxar.

Huwa għandu 25 sena, iżda n-nazzjonalità tiegħu u l-post fejn joqgħod għadhom mhumiex magħrufin.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li huwa ma ndarabx serjament.