Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara inċident fil-Mosta

Sewwieq ta’ mutur ta’ 48 sena minn San Ġwann iddaħħal l-isptar wara ħabta ma’ karozza.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt l-inċident seħħ fis-7.30am fi Vjal l-Indipendenza, il-Mosta.
Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 73 sena mill-Mosta.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhux magħrufa.
F'din l-istess trqi kien tilef ħajtu żagħżugħ ta' 26 sena. 
Qarrej ta' Newsbook.com.mt qal li f'din it-triq jgħaddu ħafna karozzi one way.