Aġġornata: Gravi is-sewwieq tal-mutur involut f’inċident fil-Gudja

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li għal xi raġuni ħabat ma’ karozza fil-Gudja.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15am fi Triq l-Avjazzjoni, meta għal xi raġuni mutur misjuq minn raġel ta’ 69 sena minn Ħaż-Żabbar, ħabat ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 48 mis-Siġġiewi.
Filwaqt li l-mara ma’ sofritx ġrieħi, issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar Mater Dei.