Iweġġa’ gravi wara inċident bil-mutur fi Triq is-Salini

Aġġornat 12:14 PM
Salini MVA

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident fi Triq is-Salini.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-inċident ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li seħħ għall-ħabta tat-8am. Jidher li r-raġel kien qed isuq fid-direzzjoni minn Buġibba għal Triq il-Kosta meta tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ma’ xi barriers.

Il-Pulizija kkonfermaw ukoll li hemm karreġġjata waħda magħluqa f’din it-triq minħabba l-inċident għal xi ħin

Fi stqarrija aktar tard kien spjegat li s-sewwieq huwa raġel ta’ 26 sena minn Ħaż-Żebbuġ.