Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi u ttieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza wieqfa f’Birkirkara.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Dun Karm, fis-1.15pm. Hu spjega li kien hemm karozza wieqfa wara li esperjenzat xi ħsarat. Għal xi raġuni r-raġel minn San Pawl il-Baħar ta’ 23 sena, li kien qed isuq il-mutur, baqa’ dieħel fil-karozza wieqfa.
Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.