Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta ma’ vann

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-isptar Mater Dei għal kura wara li sofra xi ġrieħi f’ħabta ma’ vann.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7pm fi Triq is-Siġġiewi f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 35 sena minn Ħal Luqa filwaqt li l-vann kien qed jinstaq minn żagħżugħ ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa. 

Ritratt: John Bundy