Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara ħabta fil-Fgura

Aġġornat 02:23 PM

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur qed jiġġieled għal ħajtu wara li ħabat ma’ karozza fil-Fgura.

L-inċident seħħ fi Triq Hompesch għall-ħabta tal-11am.

Il-ħabta ġrat billi s-sewwieq tal-karozza pprova jaqbeż karozza li kienet ipparkjata ħażin u s-sewwieq tal-mutur baqa’ dieħel fil-bieba tax-xufier tal-karozza.

Ir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għandu 67 sena u hu minn Raħal Ġdid, filwaqt li x-xufier tal-karozza għandu 41 sena u hu mill-Fgura. Is-sewwieq tal-mutur qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa M. Farrugia fetħet inkjesta fuq il-każ.