Sewwieq ta’ mutur l-Isptar wara ħabta f’Santa Venera

Ambulance

Sewwieq ta’ mutur intlaqat minn vettura tard ilbieraħ filgħaxija f’Santa Venera.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9pm fi Triq Reġjonali fejn il-mini ta’ Santa Venera fejn is-sewwieq Taljan ta’ 49 resident Marsaskala intlaqat minn vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 25 sena residenti Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.