Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza wara inċident f’Santa Venera.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp f’Santa Venera għall-ħabta tas-2pm. Il-ħabta seħħet bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 44 sena mill-Imsida u mutur misjuq minn raġel ta’ 45 sena minn Santa Venera.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.