Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’San Ġwann

CMRU

Raġel ta’ 30 sena mill-Mosta li kien qed isuq mutur ittieħed l-isptar wara li ħabat ma’ karozza f’San Ġwann.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 pm fi Triq in-Naxxar. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 80 sena minn Tas-Sliema. Il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha mhix magħrufa.