Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’San Ġiljan

Sewwieq ta’ mutur spiċċa l-isptar dalgħodu wara ħabta f’San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fid-9am fi Triq Mikiel Anton Vassalli. Il-ħabta seħħet bejn mutur misjuq minn raġel mill-Bulgarija ta’ 36 sena li jgħix l-Imsida, u karozza misjuqa minn raġel ta’ 29 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Il-kundizzjoni tax-xufier għadha mhux magħrufa.