Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta f’San Ġiljan

Facebook - MRTU

Raġel ta’ 51 sena residenti s-Swieqi qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku. Ir-raġel li kien qiegħed isuq mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Dan kien ikkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija. L-inċident seħħ fit-2.45pm fi Triq Sant Andrija, San Ġiljan. Il-ħabta seħħet bejn mutur u karozza. Il-karozza kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena minn San Pawl il-Baħar.