Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Raħal Ġdid

Kaya Borg

Raġel ta’ 45 sena ttieħed l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 11.50am tal-Erbgħa fi Pjazza Antoine De Paul. Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li raġel ta’ 52 mix-Xgħajra kien qed isuq karozza li kienet involuta f’ħabta ma’ mutur misjuq mir-raġel ta’ 45 sena mill-Mosta.

Ir-raġel ittieħed l-isptar fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.