Sewwieq ta’ mutur gravi wara ħabta fix-Xemxija

Aġġornat 07:14 AM
Christoph Schwaiger

Read in English.

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta fix-Xemxija.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq L-Imbordin għall-ħabta tat-3.30pm.

Jidher li l-mutur baqa’ dieħel f’karozza li kienet wieqfa tistenna sabiex xi ħadd iwaqqfilha biex taqsam lejn kantuniera oħra. Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 32 sena, aktarx Bulgaru, residenti Wied il-Għajn. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 21 sena residenti n-Nadur.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.