Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta fil-Marsa

Sewwieq ta’ mutur residenti ż-Żejtun iddaħħal l-isptar wara li kien involut f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu.
L-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro l-Marsa fis-6am, xħin għal xi raġuni r-raġel, li għandu 46 sena, kellu impatt ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 60 sena li toqgħod il-Gudja.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet ir-raġel l-isptar, iżda sa issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.