Sewwieq ta’ mutur l-isptar wara ħabta f’Ħaż-Żebbuġ

Fr Martin Micallef

Raġel li kien qed isuq mutur weġġa’ ħafif u ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30 am fi Triq is-Siġġiewi. Ir-raġel li kien qed isuq il-mutur għandu 70 sena u jogqħod Ħaż-Żebbuġ. Ħabat ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 26 sena mis-Siġġiewi.